Stejjer minn Wied il-Għajn
Din it-taħdita minn Dr Steve Borg, parti mill-proġett Voices from Marsaskala Bay (mid-Dipartiment tal-Arkeoloġija u l-Klassiċi tal-Fakultà tal-Arti fl-Università ta’ Malta u MELA), għandha l-għan li ġġedded memorji u ġġib lura fil-ħajja tagħrif, memorji, attivitajiet u pajsaġġi ta’ Wied il-Għajn. Wara t-taħdita, ir-residenti huma mħeġġa jġibu ritratti ta’ Wied il-Għajn sabiex jiġu diġitalizzati u arkivjati fl-Arkivji tal-Librerija Nazzjonali. It-taħdita se tkun segwita minn riċeviment żgħir.
Jekk tixtieq tattendi, jekk jogħġbok irreġistra hawn.

